|
Sħubija fil-YTC
Il-YTC hija miftuha għal żgħażagħ bejn is-sittax u tletin sena. L-attivitajiet kważi kollha jsiru bil-lingwa Maltija. Jekk tixtieq tidħol membru, tista' ċċempel fuq 233893 jew 234819 biex tikkonferma d-data, ħin u post ta' xi waħda mill-attivitajiet, u ejja ftit qabel biex ikollok ċans tiltaqa' mal-membri tal-kumitat u ssir taf membri oħra tal-għaqda qabel tibda' l-attività. Nhar ta' Erbgħa, l-attivitajiet isiru l-premises tal-YTC il-Belt, fis-7.30pm kważi dejjem :) Jekk tixtieq tirċievi kopja tal-programm li joħroġ kull xahar biex tara l-attivitajiet li se jsiru, ċempel jew ikteb fl-indirizz t'hawn taħt. Il-ħlas ta' sħubija huwa LM3 fis-sena (dan il-prezz jista' jinbidel), liema ħlas jagħlaq fil- laqgħa ġenerali annwali. Attivitajiet li jinkludu ikel, trasport, jew spejjeż oħra, ikollhom ħlas separat.
|
Programmi Safar Sajf 2011 ( PDF )
Dobbiaco u Alpi Taljani, 1-8 ta' Lulju 2011
FatimaLisbona,Santiago 9-16 ta' Ġunju 2011
Programm Safra Ruma 2011, San Bastjan
Santwarji Franċiżi 7-16 ta' Lulju 2011
Slovenja,Tiroll,Svizzera 16-27 Awwissu 2011 |