YTC Malta

Youth Travel Circle

227, Triq il-Merkanti,
Valletta VLT10
Malta

Introduzzjoni

Il-Youth Travel Circle (YTC) hija għaqda għal żgħażagħ bejn is-sittax u t-tletin sena. Hija torganizza varjetà kbira ta' attivitajiet għall-membri tagħha. Apparti safar, il-YTC torganizza ħafna attivitajiet f'Malta stess, speċjalment fil-premises tal-Belt, kif ukoll fil-youth hostel li qiegħed il-Buskett, u postijiet oħra madwar il-gżejjer.

Storja fil-Qosor :

Il-YTC ġiet imwaqqfa fl-1967 bħala parti mill-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja, bl-iskop li tilqa' u tieħu ħsieb żgħażagħ barranin li jiġu hawn Malta. Biż-żmien il-YTC bdiet ukoll torganizza safar għal żgħażagħ Maltin, u ingħaqdu numru ta' żgħażagħ li kienu jieħdu ħsieb iż-żgħażagħ barranin li jiġu f'pajjiżna u jorganizzaw safar flimkien. Biż-żmien, is-safar beda jsir ħafna iżjed popolari, infetħu numru ta' aġenziji tas-safar, u l-iskop oriġinali tal-YTC ma baqgħax daqshekk importanti.

Minnflok għalqet, l-għaqda ddeċidiet li tinbidel u ssir għaqda soċjali. Maż-żmien l-għaqda kompliet tiżviluppa u tinbidel. Is-safar baqa' għaddej, u sejjer tajjeb, iżda żdiedu taħdidiet, weekends, diskussjonijiet, sports, mużika, u diversi oqsma oħra ta' attivitajiet.

Il-YTC titmexxa minn kumitat maħtur mill-membri minn fost l-istess membri. Hija m'hijiex għaqda politika jew reliġjuża, għalkemm jiġu organizzati diversi attivitajiet b'tema reliġjuża speċjalment fi żmien il-Milied u l-Għid. Il-membri huma liberi li jattendu dawk l-attivitajiet li jixtiequ.

 

Ikkuntattjana:

 

email info@ytc.org.mt

 

Youth Travel Circle
227, Triq il-Merkanti,
Valletta VLT10
Malta

Tel: (+356) 233893
Fax: (+356) 240737

Web: www.ytc.org.mt